Thursday, September 11, 2008

Xorti hazina kontra l-Albanija



Goal fil-hin mizjud ta' l-ewwel taqsima witta tria ta' l-Albanizi ghal skor ta' 3-0 fi satdium ta' Qemal Safa gewwa Tirana.

Il-plejers maltin urew titjib kbir mil loghba ta' 4 ijiem qabel gewwa Ta' Qali kontra. sfortunatament kienu zbalji ta' difensuri fl-ahhar hinjiet tal-loghba li l-margni ta' l-iskor huwa daqshekk kbir.

L-coach Dutsan Fitzel ghamel 3 tibdiliet mill-ahhar loghba, Aaron Xuereb minflok Brian Said, Terence Scerri u l-imwagga Ivan Woods, kienu mibdulin minn Abdre' Schembri u Ettiene Barbara. L-Albanija wkoll kellhom 3 tibdiliet mil-loghba ta' l-Isvezja fejn zammewhom fi draw ta' minghajr goals.

Jissaportja lit-tim Malti gewwa l-kapitali Tirana kien hemm madwar 100 supporter Malti, li 80 minnhom kienu membri tas-South End Core, fejn qabel il-loghba il-President u l-Vici-President ta' l-assocjazjoni Maltija tal-futbol irringrazja lil dawn is-supporters.

L-Albanizi marru fil-vicin ma' l-ewwel 5 minuti, fejn ix-xutt ta' Jahmir Hyka, min-naha tal-lemin ghadda ftit barra. Il-Maltin irrispindew 5 minuti wara, meta ix-xutt ta' Jamie Pace gie mblukkat ghal-korner. Fi 13-il minuta Haber tefa ghal-korner kross ta' l-istess Hykau minuta wara kien l-istess Haber li rega tefa ghal-korner min xutt ta' Almend Dallku.


Fin-naha l-ohra tal-pitch kien Beqaj li kellu johrog minn postu biex iwaqqaf lil attakant Malti ta' Coventry milli-jaghmel xi hsara meta rcieva pass minghand Roderick Briffa. Xutt b'sahhtu minn Ervin Skela gie newtrallizat minn Justin Haber fis- 37 minuta. Zewg minuti wara kien l-istess goalkeeper ta' Sheefield United li rega salva minn cross-shot perikoluz ta' Almed Dallku. Aktar tard minn kross ta' Dallku kien Luke Dimech li bir-ras tefa ghal-korner. Ftit minuti wara kien Beqaj li gie sfurzat iwettaq save difficli minn xutt ta' Jamie Pace.




Fil-hin mizjud kienu l-Albanija li fethu l-iskor meta kross ta' Dallku mil-lemin kien Bogdani li ta' daqqa ta' ras biex sab ix-xibka. Fit-tieni taqsima ghalkem il-Maltin bdew tajjeb b'hafna cansijiet tajbin fit-52 Haber salva xutt ta' Bulkuu 5 minuti wara minn Dallku.




Albani rduppjaw fl-84 minuta minn Doru b'xutt ml-vicin wara zball ta' Andre' Schembri li ma klerjax il-ballun. Minuta biss mill-ahhar tal-partita rega kien Haber li salva u mill-korner l-Albanizi skurjaw it-tielet u l-ahhar gowl taghhom permezz ta' Dallku.




Monday, September 8, 2008

Portugal b'sahhithom wisq.




Is-6 ta' Settembru u Malta tohrog mill- Istadium Nazzjonali b' idejja vojta minn dan il konfront elegibli ghat-Tazza tad-Dinja 2010.

Portugal gew go gziritna bi skwadra mimlija stilel internazzjonali, bhal Deco (Chelsea), Nani (Manchester United), Ferreira (Chelsea) u ohrajn. Huma bdew mill-ewwel taqsima fuq l-attakk u ma taw ebda cans lit-tim malta li deher batut hafna bi ftit wisq xuttijiet lejn il-lasti portugizi tul id-90 minuta.

Il-coach nazzjonali Dutsan Fitzel ghazel li jilghab lil Terence Scerri flimkien ma' Michael Mifsud u anke lil Shaun Bajada u Roderick Briffa mal-linji difensivi, u lil Dimech u Brian Said bhal difensuri centrali. Fin-nofs kienu prezenti l-kaptin belti Gilbert Agius, Jamie Pace, Kevin Sammut u Ivan
Woods.

Neqsin mill-iskwadra kienu Udo Nwoko, Andrew Hogg, Andre Schembri, u Ian Azzopardi. L-Portugizi bdew b'xutt ta' Pepe lejn il-lasti Maltin fl-ewwel 5 minuti imma l-konkuzjoni tkun gholja wisq.

Il-partita giet imwaqqfa fis-seba' minuta minhabba problemi fil-vultagg tal-floodlights, bil-loghba tkompli disa' minuti wara. Fi 12-il minuta freekick ta' Deco jghaddi ftit gholi minn konkluzjoni ta' Hugo Almeida. Il-Maltin irrispondew bi freekick ta' Ivan Woods li gie ddevjat ghal-korner.

Il-Portugizi hadu ridni f' idejhom permezz ta' gowl fis- 26 minuta permmezz ta awto-gowl ta' Brian Said li xehet fix-xibka tieghu stess wara kross ta' Nani. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima jerga jkun Nani li jittestja lil Justin Haber permezz ta'xutt li gie mdawwar ghal-korner. In-naha tal-lasta kien Terence Scerri li rnexxielu jixhet cross-shot gol lasta portugizi imma Quim jinnewtralizza minghajr ebda diffikulta.

Mas-siegha loghob il-Portugizi ziedu l-iskor ghal-2 b'xejn permezz ta' Hugo Almeida. Minuta wara jkun Carlos Martins li x-xutt tighu jghaddi jhakkek mal-lasta. Il-Portugal irnexxielhom ikabbru l-vantagg permezz ta'xutt ta' Nani li Haber ma rnexxielux izomm u Simao Sabrosa mill-vicin ma' zbaljax. 12-il minuta mit-tmiem Nani ghamilghom 4-0 b'xutt baxx min-naha tal-lemin.

MALTA- 0
J. Haber, S. Bajada, B. Said, L. Dimech, G. Agius (captain) (80’ R. Fenech), R. Briffa, M. Mifsud, I. Woods (58’ G. Mallia), T. Scerri (70’ E. Barbara), K. Sammut, J. Pace.

PORTUGAL- 4
Quim, Bosingwa, Pepe, R. Carvalho, Antunes, R. Meireles, Nani, C. Martins (63’ Maniche), H. Almeida (66’ Nuno Gomes), Deco, S. Simao (75’ J. Moutinho).